The Ħal Lija Windmill (Il-Mitħna tal-Mirakli)

Home / The Ħal Lija Windmill (Il-Mitħna tal-Mirakli)

mithna-2

Il-Mitħna tal-Mirakli li hu maħsub li kienet inbniet fis-Seklu 18. Hi waħda mill-uniċi mtieħen f’Malta li għandha troll tond fuq bażi tonda.

Għal numru ta’ snin il-Mitħna kienet abbandunata iżda fis- sena 1991 il-Minisitru tax-xogħlijiet u infrastruttura Micheal Falzon għamel restawr b’risq il-Wirt Storiku Malti.

Dak iż-żmien ma kinux jeżistu l-Kunsilli Lokali u s-suġġeriment sabiex isir dan ix-xogħol kienet ġiet mill-Għaqda tar-residenti ta’ Ħal Lija, Ħ’Attard u Ħal Balzan li tagħha kien President is-sur Antoine Cachia Caruana.

Id- Dipartiment tax-xogħolijiet immexxi minn Vince Centorino kien għamel minn kollox sabiex iġib il-Mitħna fl-istat oriġinali li kienet u kif nistgħu narawha l-lum. F’April ta’ din is-sena, il-Mitħna tal-Mirakli jew kif hi magħrufa il-Mitħna tal Għadiriet, ġiet f’idejn il-kunsill lokali ta’ Ħal Lija permezz ta’ Divoluzzjoni tal-propjeta’ mgħoddi lill-kunsilli mill-Gvern.

Il-Kunsill Lokali beda jagħmel użu tajjeb minn din il-binja hekk storika u għandhu fil-ħsieb li fiha jsiru diversi wirjiet interessanti għal pubbliku.

Contact Us

We're not around right now. But you can send us an email and we'll get back to you, asap.